Mara fil-periklu tal-mewt wara argument jaħraq f’San Pawl il-Baħar

Mara Ingliża ta’ 49 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kellha argument jaħraq ma’ raġel f’San Pawl il-Baħar. L-argument seħħ għall-ħabta tal-11.45 p.m. fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn sabu lill-mara mitluqa mal-art.

Immedjatament issejjaħ tim mediku li ħa lill-vittm l-Isptar Mater Dei. Jirriżulta li l-mara kellha argument ma’ raġel Sirjan ta’ 38 sena resident Ħal Balzan.

Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li kienet fil-periklu tal-mewt.

Is-Sirjan qed jiġi mitkellem mill-Pulizija filwaqt li bil-każ ġiet informata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: