Mara l-isptar wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Qormi

Mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li aktar kmieni kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi.

Kien għall-ħabta tal-5:20 p.m. meta l-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet ħabta bejn Opel Astra misjuqa minn mara ta’ 44 sena u Suzuki Swift misjuqa minn mara ta’ 61 sena.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lill-mara ta’ 61 sena minħabba li kienet sofriet minn xokk qawwi.

Share With: