Mara l-Qorti akkużata li wettqet serqiet ma’ binha minorenni

Il-Pulizija bdiet tinvestiga sensiela ta’ rapporti dwar serq li kien qed iseħħ f’residenzi li fihom jgħixu persuni anzjani. Mill-investigazzjonijet li saru rriżulta li s-serq kien qiegħed isir bl-istess metodu : mara, akkumpanjata minn tifel minorenni, kienet qed tħabbat il-bibien tad-djar u tittallab għal flus. Kif il-mara u t-tifel jitilqu, il-vittmi jindunaw li għandhom l-affarijiet nieqsin.

Waqt l-investigazzjonijiet irriżulta li d-deskrizzjoni taż-żewġ persuni suspettati kienet waħda simili. L-investigazzjonijiet wasslu biex fl-aħħar sigħat ġiet arrestata l-mara ta’ 44 sena u kien kkonfermat li wettqet is-serqiet mat-tifel tagħha ta’ 12-il sena.

Il-mara, aktar kmieni dalgħodu, tressqet il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli, akkużata li wettqet ħames serqiet, kif ukoll li naqset li tieħu ħsieb lil binha ta’ 12-il-sena.

il sena. Hija kienet akkużata wkoll li wettqet dawn ir-reati waqt il-perjodu operattiv ta’ żewġ sentenzi oħra mill-Qorti u b’hekk kissret il-kunidzzjoni li ma tagħmilx reat ieħor f’dan iż-żmien, u li hija riċediva.

Il-mara wieġbet li mhijiex ħatja tal-akkużi, iżda ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest u qed tinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni qiegħda titmexxa mill-Ispetturi Lydon Zammit u Paula Ciantar

Share With: