Mara mfittxija fis-Slovakkja arrestata f’Malta

Mara ta’ 49 sena mis-Slovakkja li kienet imfittxija mill-awtoritajiet fuq reati finanzjarji u ekonomiċi ġie arrestat mill-Pulizija Maltija fi ħdan it-Taqsima tas-Central Intelligence and Analysis.

Wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet il-Pulizija stabbiliet li l-mara kienet qed tgħix u taħdem f’Malta. gġalhekk bdiet sorveljanza sakemm illum waranofsinhar il-mara kienet arrestata minn residenza fejn kienet qed tgħix fil-Mellieħa.

L-arrest sar permezz ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-awtoritajiet tas-Slovakkja.

Il-mara mistennija titressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin biex jinbdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni lejn is-Slovakkja.

Share With: