Mara ssofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar

Mara ta’ 27 sena, residenti l-Mosta, sofriet ġrieħi gravi kawża ta’ inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11:15 p.m fi Triq il-Korp tal-Pijunieri f’San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip KIA misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur tat-tip Royal Enfield misjuq mill-mara ta’ 27 sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, waqt li l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad- Distrett.

Share With: