Mara ssofri ġrieħi gravi wara li tintlaqat minn karozza fis-Swieqi

Mara ta’ 57 sena u residenti s-Swieqi sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura fis-Swieqi stess. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30 p.m. fi Triq il-Ħemel.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li l-mara ta’ 57 sena ntlaqtet minn vettura tal-għamla Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 26 sena residenti San Ġwann.

Il-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn ġiet iċċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: