Mara tqila tipprova taħrab b’dokument falz

Eritreana li għandha seba’ xhur tqala ammettiet li ippruvat issiefer lejn l-Italja b’mod illegali.

Fiyori Miharetab tressqet quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea fejn ammettiet li ippruvat tħalli Malta fit-22 ta’ Lulju li għadda bl-użu ta’ dokument falz. Miharetab, li għandha permess tgħix l-Italja u anke passaport Taljan, kienet arrestata qabel ma kienet se taqbad titjira lejn Ruma.

Il-Maġistrat Galea qieset il-kundizzjoni tal-mara qabel u għalhekk iddeċidiet li tikkundannaha sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.

Il-prosekuzzjoni fil-konfront ta’ Miharetab tmexxiet mill-Ispettur Frankie Sammut.

Share With: