Marcelo Brozovic viċin li jġedded ma’ Inter

Inter se jkunu qed iġeddu l-kuntratt tal-player ta’ nofs il-ground, Marcelo Brozovic. Huwa għandu 27 sena u ilu man-Nerazzurri  mis-sena 2015. Hu lagħab 156 partita u skorja 18-il gowl magħhom.

Minkejja li f’dawn l-aħħar xhur kien qed jiġi kkritikat mill-partitarji u s-segwaċi Interisti, Brozovic wera l-professjonalitá tiegħu u ħadem fis-silenzju biex jagħti risposta lil kulħadd. Bħalissa huwa jinsab barra mill-azzjoni minħabba li għandu injury.

Il-coach, Antonio Conte, qed iħeġġeġ lid-direttur sportiv, Giuseppe Marotta, sabiex iġeddidlu l-kuntratt minħabba l-progress li wera f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Share With: