Mario Gotze fi tfittxija ta’ club ġdid

L-attakkant internazzjonali Ġermaniż, Mario Gotze, informa lir-rappreżentant tiegħu biex jgħinu jsib team ġdid hekk kif jinsab fl-aħħar ġranet ma’ Borussia Dortmund. Wara li fl-aħħar jiem qam interess minn Lazio, issa anke Monaco ta’ Franza u Seville ta’ Spanja xeħtu għajnejhom fuqu.

Il-player ta’ 28 sena m’għadux jifforma parti integrali mill-pjan tattiku tal-coach Lucien Favre. 

Matul dan l-istaġun Gotze lagħab 15-il partita u skorja tliet goals. Huwa kellu esperjenza wkoll ma’ Bayern Munich fil-Bundesliga. Huwa jibqa’ magħruf għall-goal rebbieħ li skorja lura għas-sena 2014 fil-finali tat-tazza tad-dinja kontra l-Arġentina.

Share With: