Mauricio Pochettino bejn Juventus u Inter?
L-ex coach ta’ Tottenham Hotspur Mauricio Pochettino huwa wieħed mill-kandidati li jieħu t-tmexxija ta’ Juventus jew Inter għall-istaġun li ġej.
L-iktar li qed jikkunsidraw din l-offerta huma proprju ċ-champions Taljani Juventus li mhux daqshekk kuntenti bix-xogħol li qed jagħmel il-coach attwali Maurizio Sarri. Dan tal-aħħar jinsab taħt pressjoni għax jekk ma jirnexxielux jieħu l-kampjonat Taljan lejn Turin, qed jirriskja bil-kbir il-kariga tiegħu.
Huwa veru li Juventus għandhom sitt punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali tagħhom Inter iżda lanqas il-partitarji ma huma kuntenti bil-logħob li qed juru l-players fejn qisha intilfet l-identitá tat-tim.
Mhux eskluż li anke Inter jistgħu jidħlu fis-sitwazzjoni.