Melvin Thuema jibqa’ f’qagħda kritika iżda stabbli

Melvin Thuema sa dalgħodu, il-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, għadu meqjus li jinsab fil-periklu tal-mewt iżda f’qagħda stabbli.

Thuema nstab fl-appartament tiegħu fis-Swieqi f’għadira demm tard nhar it-Tlieta bil-lejl.

L-inċident ħasad lill-pajjiż, u s-sigħat immedjati ta’ wara kienu mimlijin bi spekulazzjonijiet dwar jekk l-inċident kienx attentat fuq ħajjet Theuma minn persuni terzi.

Madankollu l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà kkonferma mal-midja f’konferenza tal-aħbarijiet li żvolġiet ilbieraħ filgħodu, li l-investigazzjonijiet preliminari jindikaw li Theuma pprova jweġġa’ lilu nnifsu.

Il-Pulizija ma sabet l-ebda sinjali ta’ sgass, u lanqas ma nstemgħet kommozzjoni mill-appartament ta’ Theuma li huwa xhud tal-istat. Lanqas ma nstabu drogi jew noti li fihom Theuma wera l-intenzjoni li jneħħi ħajtu b’idejh.

Il-Pulizija kienu mgħarrfin mill-avukat ta’ Theuma, Kathleen Grima wara li ma setgħetx tagħmel kuntatt telefoniku mal-klijent tagħha.

Intant Thuema kien mistenni li lbieraħ ikomoli jagħti x-xhieda tiegħu fil-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Ilbieraħ, b’bibien magħluqin il-Qorti semgħet rekordings miġbudin minn Theuma li apparentament jissuġġerixxu flus li ngħataw lill-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar.

Share With: