Melvin Thuema jinħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva

Melvin Theuma, il-middleman fil qtil ta’ Daphne Caruana Galizia m’għadux qed jinżamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.

Ikkonfermat dan il-pulizija fl-istqarrija li tinħareġ ta’ kuljum dwar il-kundizzjoni ta’ saħħtu.

Theuma qed jinżamm fit-Taqsima TAL-ENT bil-kundizzjoni tiegħu tibqa’ waħda stabbli.

Theuma kien ilu f’qagħda kritika sa minn nhar it-Tlieta li għadda.

Share With: