Mhux permess li fix-xandir jingħad li l-akoħol għandu kwalitajiet terapewtiċi – l- abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir

Minn l-abbozz ta’ liġi  li jemenda l-Att dwar ix-Xandir jirrizulta li mhux se jkun permess li fix-xandir jingħad li l-alkoħol għandu kwalitajiet terapewtiċi.

L-abbozz jgħid li “l-komunikazzjonijiet kummerċjali awdjoviżivi għal xorb alkoħoliku f’servizzi tal-media awdjoviżiva, għandhom jikkonformaw mas- segwenti: ma jistgħux ikunu mmirati speċifikament għall-minuri jew, b’mod partikolari, juru l-minuri waqt li jikkonsmaw dan ix-xorb; m’għandhomx jgħaqqdu il-konsum tal-alkoħol mal-eżekuzzjoni fiżika mtejba jew mas-sewqan”. 

Jgħid ukoll li “m’għandhomx joħloqu l-impressjoni li l-konsum tal-alkoħol jikkontribwixxi għas-suċċess soċjali jew sesswali u m’għandhomx isostnu li l-alkoħol għandu kwalitajiet terapewtiċi jew li huwa stimulant, kalmant jew mod biex wieħed isolvi l-konflitti personali”.

Share With: