Mijiet jinżlu fit-toroq għall-marċi tal-festa

Il-biża’ mill-Covid-19 jidher li batta sew anke fost id-dilettanti tal-festi li wara staġun imħarbat minħabba l-imsemmi virus ħarġu fit-toroq biex jiċċelebraw il-marċi ta’ filgħodu.

Din kienet l-ewwel darba wara diversi ġimgħat mindu feġġet l-pandemija li saru l-marċi ta’ filgħodu peress li f’bosta lokalitajiet oħra dawn kienu tħassru minħabba l-virus.

Fost il-festi li ġew iċċelebrati fi tmiem din il-ġimgħa kien hemm dawk tal-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq, ta’ San Bastjan f’Ħal Qormi, ta’ San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex, ta’ San Ġużepp fl-Imsida u tal-istess qaddis fil-Kalkara.

Bħas-snin imgħoddija wkoll kompliet it-tradizzjoni li ħafna Qriema ta’ San Ġorġ jitilgħu Għawdex biex waqt li jiċċelebbraw il-festa tal-qaddis patrun f’Għawdex ma jkunux preżenti fir-raħal għal dik tar-rivali.

Share With: