Milan interessati fil-firma ta’ Dominik Szobozlai

Jidher li l-player ta’ nofs il-ground ta’ RB Salzburg, Dominik Szoboszlai, huwa ferm viċin li jilbes il-flokk aħmar u iswed tal-club.

Ir-Rossoneri għaġġlu l-proċess biex jiksbu lil dan il-player li għad għandu biss 19-il sena u huwa ta’ nazzjonalitá Ungeriża.

Il-coach futur ta’ Milan Ralf Rangnick jidher li approva t-trasferiment ta’ dan il-player u jidher imminenti li jasal fil-belt tan-naħa ta’ fuq tal-Italja ladarba jispiċċa l-kampjonat tas-Serie A.

Anke Napoli u Arsenal qed isegwu l-passi ta’ dan il-player żagħżugħ li skorja 12-il goal u wettaq 18-il assist ma’ dan it-team Awstrijak.

Share With: