Milan interessati f’Nico Gonzalez

AC Milan qed iżidu l-isforzi tagħhom biex isaħħu l-iskwadra għall-istaġun li ġej bid-diriġenti tagħhom qed ifittxu talenti żgħażagħ li jistgħu jintegraw sew fit-tattika li mistenni jħejji l-coach il-ġdid Ralf Rangnick.

Wieħed mill-players li l-iscouts Rossoneri qed isegwu huwa Nico Gonzalez li bħalissa jinsab fuq il-kotba ta’ VFB Stuttgart.

Gonzalez jixtieq iħalli lill-Ġermanja sabiex imur jilgħab fis-serie A Taljana u Milan jafu jkunu s-soluzzjoni.

Gonzalez għandu 22 sena u huwa ta’ nazzjonalitá Arġentina. Huwa lagħab 56 partita ma’ Stuttgart filwaqt li skorja 16-il goal.  Hu lagħab ukoll tliet darbiet mat-team nazzjonali Arġentin.

Share With: