Milan jippruvaw isolvu ntopp fuq Ante Rebic

Hekk kif l-attakkant internazzjonali Kroat, Ante Rebic, qed jimpressjona ma’ AC Milan, dawn tal-aħħar qed jittamaw li jkunu jistgħu jieħduh għal kollox minħabba li l-perjodu ta’ self mar-Rossoneri se jagħlaq dalwaqt. 

Kollox kien miexi ħarir għajr biċċa xogħol li bħal qisha ntesiet mill-ogħla uffiċjali tal-club minn Milan. Fil-fatt skond il-kuntratt li ffirma Rebic mat-team Ġermaniż ta’ Eintracht Frankfurt, kull min jixtri lil dan il-player irid jagħti 50 % tal-flus lil Fiorentina li magħhom kien jilgħab bejn l-2013 u l-2018. B’hekk il-Viola jieħdu €15-il miljun mit-€30 miljun li qed jitolbu t-team minn Frankfurt.

Milan qed jippruvaw jaraw kif se jsolvu din il-problema minħabba li Rebic qed ikun deċiżiv magħhom u ma jixtiequx jitilfu s-servizzi tiegħu. Fil-fatt mill-bidu tal-istaġun huwa skorja 11-il goal fi 23 partita. 

Share With: