Milan wara Aleksej Miranchuk

AC Milan qed isegwu b’interess il-progress tal-midfielder offensiv ta’ Lokomotiv Moscow Aleksej Miranchuk. Huwa għandu 24 sena u l-valur tiegħu jiswa €20 miljun. Ir-Rossoneri se jippruvaw inaqqsu dan il-prezz billi joffru żewġ players minn tagħhom u dawn huma Diego Laxalt u Ricardo Rodriguez. 

Madankollu l-club ma tantx jinsab ħerqana aktar fuq dawn iż-żewġ players u jrid il-fondi biex jakkwista lil dan player li kapaċi jilgħab ukoll bħala attakkant.

Sar magħruf li anke Atalanta qed ifittxu li jiksbu l-firma Miranchuk hekk kif id-diriġenti tal-club kitbu uffiċjalment lill-club minn Moska.

Miranchuk lagħab 174 partita ma’ Lokomotiv u skorja 30 goal kemm ilu li ngħaqad magħhom fis-sena 2013.

Share With: