Min hi Therese Comodini Cachia?

Comodini Cachia twieldet fit-23 ta’ Frar 1973, hija miżżewġa lil Vladimiro Comodini u l-koppja għandha tifla.

Hija laħqet avukat fl-1997 u tispeċjalizza fid-drittijiet umani fejn anke tgħallem fl-Universita ta’ Malta. 

Bħalissa, flimkien mal-kollega Jason Azzopardi, qed tidher għall-familja ta’ Daphne Caruana Galizia fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil tagħha.

Comodini Cachia għamlet l-ewwel isem fix-xena politika fl-2014 meta kienet eletta fil-Parlament Ewropew.

Fl-2017 hija ikkontesta l-elezzjoni ġenerali fejn ġiet eletta u spiċċat f’kontroversja wara li ċediet is-siġġu biex isservi fil-Parlament Ewropew imma mbagħad bidlet id-deċiżjoni u żammet postha f’dak Malti.

Share With: