Ministru jelenka l-multi dwar l-iżvilupp illegali f’San Blas

Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrgia x’multi qed jitħallsu dwar l-iżvilupp illegali f’San Blas, Għawdex.

Farrugia wieġbu li l-multi stabbiliti mill-Avviż Legali 276 tal-2012 f’dan il-każ jaħsbu biex jibdew b’€10 kull jum u wara 16-il ġurnata minn meta jkunu servuti l-avviżi legali jiżdiedu gradwalment sa €50 kull jum.

Huwa żied li l-istess avviżi ta’ infurzar jordnaw lis-sidien u/jew persuni li jokkupaw l-art biex fi żmien 16-il ġurnata jneħħu l-iżvilupp illegali kollu u s-sit jitreġġgħu lura għall-istat oriġinali tagħhom.

Share With: