Mistennija ‘spike’ ta’ każi ġodda ta’ Covid-19

Minkejja li għad m’hemm xejn ikkonfermat, illum mistennija li tiġi rapportata żieda sinjifikanti f’dawk li huma każi ġodda ta’ Covid-19. Dan hekk kif jidher li mal-14-il każ ġdid ġew identifikati matul l-aħħar sigħat.

Jekk il-każi jkunu kkonfermati mill-awtoritajiet tas-saħħa, allura dan ifisser li n-numru ta’ każi attivi f’pajjiżna se jkun aktar minn irdoppja fi żmien 24 siegħa.

Matul l-aħħar ġimgħa kienu rrapportati diversi każi ġodda ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19, bil-biċċa l-kbira tagħhom rintraċċati ma’ persuna li attenda party li żvolġa fuq medda ta’ jumejn matul tmiem il-ġimgħa li għadda.

Share With: