Mit-13 ta’ Lulju se jinfetħu l-bibien tas-swali ta’ San Vinċenz għall-viżitaturi

Il-Faċilità għall-Kura fit-Tul ta’ San Vinċenz De Paul tixtieq tħabbar li bis-saħħa tad-dedikazzjoni sħiħa tal-ħaddiema u l-koperazzjoni tal-klijenti, is-sitwazzjoni tal-Covid-19 fis-swali qed tiġi kkontrollata b’mod effettiv ħafna.

Għaldaqstant, b’effett min-nhar it-Tnejn, 13 ta’ Lulju 2020 se jinfetħu l-bibien tas-swali ta’ San Vinċenz għall-viżitaturi.  L-operat li bih se jitmexxew dawn iż-żjarat mill-qraba u l-ħbieb tal-anzjani ġie diskuss u maqbul mal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika. Din in-normalità l-ġdida fil-fatt se tassigura kemm sigurtà kif ukoll dinjità għall-anzjani filwaqt li jiġu osservati l-linji gwida kontra t-tixrid ta’ mard.

B’effett mit-13 ta’ Lulju ż-żjarat se jsiru kif indikat hawn isfel:

Ħinijiet:

  • 10.30am – 12.00pm
  • 16.00pm – 19.00pm

Żjarat:

  • Iż-żjarat isiru bl-appuntament mal-Customer Care ta’ San Vinċenz De Paul fuq 22912373. Hawnhekk il-viżitaturi li jkunu se jattendu jridu jagħtu l-isem u n-numru tal-karta tal-identià tagħhom.
  • It-telefonati għall-appuntamenti jistgħu jsiru mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u l-5pm.
  • Jistgħu jattendu massimu ta’ 2 viżitaturi għal kull appuntament.
  • Importanti li kull viżitatur iġib miegħu maskra jew visor u jrid jilbishom tul il-vista kollha.
  • Dakinhar tal-appuntament il-viżitaturi jridu jirreġistraw l-wasla tagħhom fil-Main Gate.
  • Il-viżitaturi għandom jippreżentaw il-karta tal-identità fil-post tar-registrazzjoni.
  • Wara r-reġistrazzjoni l-viżitaturi jridu jgħaddu mill-proċess ta’ screening fejn hawnhekk tiġi ċċekkjata t-temperatura tagħhom.
  • Wara l-proċess tal-iscreening il-viżitaturi jistgħu jipproċedu għall-entratura skont is-sala.
  • Mhuwiex permess li l-viżitaturi jgħaddu minn sala għal oħra biex jaslu fis-sala tagħhom.
  • Għal dan il-għan se jibqa’ jiġi provdut ix-shuttleservice u anki huwa permess li l-viżitaturi jidħlu bil-karozzi tagħhom u jipparkjaw ġewwa San Vinċenz De Paul.
Share With: