Mohamed Camara bejn tliet clubs Taljani
Fiorentina, AC Milan u Roma, qed isegwu b’attenzjoni l-progress tal-player ta’ nofs il-ground ta’ Olympiakos Pireous, Mohamed Mady Camara. Huwa għandu 22 sena u qed jispikka għat-team Grieg.
F’dawn l-aħħar jiem, ir-rappreżentant ta’ Camara kellu diskussjonijiet mad-diretturi sportivi rispettivi biex xi ħadd minnhom jikseb is-servizzi tiegħu.
Min-naħa tagħhom, Olympiakos qed jitolbu s-somma ta’ €15-il miljun għalkemm it-tliet clubs qed jitolbu tnaqqis ta’ €5 miljuni minn din is-somma.
Għal Camara dan jista’ jkun ċans kbir li jmur jilgħab f’kampjonat aktar rinomat minn dak Grieg.
Huwa ngħaqad ma’ Olympiakos fis-sena 2018 u minn dakinhar lagħab 52 logħba u skorja 11-il goal.