Moise Kean se jibqa’ ma’ Everton

Il-coach ta’ Everton, Carlo Ancelotti, aċċerta lil kulħadd li l-attakkant żagħżugħ Taljan Moise Kean se jibqa’ jilgħab f’Goodison Park matul l-istaġun li ġej.

F’dawn l-aħħar ġranet, dan il-player ta’ 20 sena ftit kien għaddej minn mumenti tajbin tant li ma tantx ikkontribwixxa għall-progress tat-team minn Merseyside. 

Ancelotti qal li qed ikellem personalment lill-player u lest jagħtih il-kuraġġ kollu meħtieġ sabiex jagħmel progress fil-wirjiet tiegħu. 

Kean huwa prodott ta’ Juventus u magħhom lagħab 16-il partita u skorja seba’ goals. Huwa għamel żmien jilgħab b’self ma’ Hellas Verona. 

Share With: