Mourinho jrid lil Dier jiffirma kuntratt ġdid

F’kumment li ta f’konferenza stampa li kellu mal-ġurnalisti, il-coach ta’ Tottenham Hotspur Jose Mourinho qal li jittama li l-midfielder difensiv Eric Dier ikun qed jiffirma kuntratt ġdid sabiex iqatta’ iktar żmien fil-belt kapitali Ingliża Londra.

Dier kien ingħaqad ma’ The Spurs fis-sena 2014 mingħand Sporting Lisbon u minn dakinhar ‘l hawn hu lagħab 171 partita filwaqt li skorja 10 gowls.

Min-naħa tiegħu Dier jixtieq ukoll li jġedded il-ftehim tiegħu ma’ Tottenham minħabba li jinsab wisq għal qalbu magħhom.

Finalment Mourinho faħħar l-atteġġjament professjonali li għandu Dier u li bih it-tim jilgħab ferm tajjeb bil-ġirjiet u l-makakkerija li għandu f’nofs il-ground.

Share With: