Mozzjoni dwar titolu b’emfitewsi ta’ faċilitajiet sportivi

Fil-bidu tas-seduta nqrat mozzjoni li tgħid li “hi l-politika tal-Gvern li jħeġġeġ l-isport kif ukoll is-sehem fil-qasam soċjali ta’ għaqdiet volontarji, il-Gvern beħsiebu jagħti proprjetà lis-segwenti għaqdiet sportivi b’titolu ta’ enfitewsi temporanja, liema proprjetà hija deskritta aħjar fl-abbozzi ta’ ftehim imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra għaż-żmien, għall-iskop, bil-kanoni taċ-ċens, u taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu fl-istess abbozzi; 

Porzjon art ta’ circa 1,338 metru kwadru lil Hibernians Basketball Club bħala estensjoni tal-Padiljun ta’ Kordin b’titolu ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ ħamsa u erbgħin (45) sena;  Porzjon art ta’ circa 6,050 metru kwadru lil Valletta Football Club, magħrufa bħala ‘Salinos Grounds’, b’titolu ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ ħamsa u erbgħin (45) sena;  Porzjon art ta’ circa 325 metru kwadru lil S.K. Victoria Wanderers Football Club, b’titolu ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ ħamsa u erbgħin (45) sena”.

Share With: