Nathan Ake ma’ Man Utd?
Id-difensur ta’ Bournemouth, Nathan Ake, qed jissemma’ li jista’ jingħaqad ma’ Manchester United.
Dan il-player ta’ 25 sena qed ikollu staġun pożittiv maċ-Cherries, iżda minħabba problemi finanzjarji li qed jaffaċċja dan il-club, kontra qalbhom se jkollhom ibiegħu lil dan il-player.
Bournemouth qed jissieltu biex jevitaw li jiġu relegati u wara l-pandemija tal-Covid-19 u n-nuqqas ta’ bejgħ ta’ biljetti ġabulhom ħafna problemi finanzjarji.
Ake ilu ma’ Bournemouth sa mis-sena 2017 fejn skorja tmien goals f’100 partita.