Nemanja Matic iġedded il-kuntratt ma’ Manchester United sa Ġunju 2023

Il-midfielder ta’ Manchester United, Nemanja Mati,c ġedded il-kuntratt f’Ġunju 2023.

Il-player internazzjonali Serb ta’ 31 sena ingħaqad mar-Red Devils mingħand Chelsea, fl-2017, u kien jiskadielu l-kuntratt mat-team minn Old Trafford f’Ġunju 2021.

Matic qal: “Bħala player, fadalli ħafna x’noffri u nirbaħ fil-karriera tiegħi u li nagħmel dan ma’ Manchester United ikun ta’ unur kbir għalija.”

Dan huwa team li wieħed għandu jkun kburi li jimmilita fih, fejn għandna bilanċ tajjeb ta’ players żgħażagħ u oħrajn ta’ esperjenza fl-iskwadra.”

Il-managaer Ole Ganar Solskjaer qal li kien “kuntent” li Matic kien ġedded il-kuntratt mar-Red Devils fejn żied: “Ninsab konxju tal-esperjenza, il-professjonalitá u s-sens ta’ tmexxija tiegħu fil-ground, b’dawn l-ingredjenti għandhom ikunu ta’ valur kbir għal dan il-grupp ta’ talent.”

“Nemanja ilu magħna tliet staġuni u issa żgur li jifhem il-valuri veri li wieħed jilgħab għal Manchester United.”

Matic lagħab 27 darba fil-kompetizzjonijiet kollha għall-club matul dan l-istaġun.

It-team immexxi minn Solksjaer ilu ma jitlef minn Jannar li għadda – serje ta’ 16-il partita fil-kompetizzjonijiet kollha – u jinsabu fil-ħames post fil-Premier League.

Share With: