Newcastle United fil-limbu … x’sar minnha l-offerta ta’ 300 miljun mill-Arabja Sawdita?

Newcastle United jibqa’ club maqbud f’limbu mingħajr ebda ħjiel ta’ tmiem imminenti fuq is-saga ta’ takeover li issa ilha għaddejja għall-parti kbira minn din is-sena.

Meta dokumenti minn Companies House li jikkonċernaw lil Amanda Steveley u Mike Ashley ħarġu fil-pubbliku f’April li għadda, twieldet il-hashtag #Cans, bil-partitarji qed jistennew bidla fit-tmexxija fil-futur immedjat.

Tmintax-il ġimgħa, u numru ta’ skandli ġeo-politiċi wara, jidher li Newcastle għadhom ‘il bogħod milli jiġu taħt il-kontroll tal-persuni mill-Arabja Sawdija jew minn xi xerrej ieħor.

L-offerta ta’ takeover ta’ £300 miljun tibqa’ fil-Premier League iżda l-Magpies issa qed jippjanaw għall-istaġun li ġej bi Steve Bruce għadu l-manager waqt li Mike Ashley għadu s-sid tal-club.

U kull għażla li qed jaffaċċja l-club qed tidher ferm imċajpra.

Sa mir-ritorn tal-football fil-Premier League matul ix-xahar li għadda, Newcastle rebħu tnejn mit-tmien logħbiet li lagħbu biex temmew staġun medjokri fuq nota negattiva.

Il-manager Steve Bruce mhux daqshekk favorit mal-partitarji tal-Magpies, waqt li l-istil ta’ logħob li pproduċew Newcastle fl-aħħar staġun xejn ma kien wieħed tal-ogħla livell.

Jekk it-takeover tibqa’ ma sseħħx fil-ġimgħat li ġejjin, Newcastle, jistgħu jidħlu għall-istaġun li ġej b’sid li jkun tilef l-interess fil-club, budget finanzjarju imnaqqas u nuqqas ta’ finanzi biex jipperswadi players ġodda biex jingħaqdu magħhom u mhux ma’ clubs oħra.

Huwa mifhum li Bruce u Lee Charnley qed jaħdmu minn wara l-kwinti għall-istaġun li ġej iżda players bħal Gareth Bale, Philippe Coutinho u Kalidou Koulibaly ma jidhrux li se jkunu fuq nett tal-aġenda tagħhom, liema sitwazzjoni żgur li mhux qed jimlew lill-partitarji tal-Magpies b’xi eċitament partikolari.

U għalhekk wieħed jistaqsi: “X’sar minnha l-offerta ta’ £300 miljun mill-Arabja Sawdija?”

Wara li l-World Trade Organisation (WTO) wissew b’ċerta qawwa u insistenza lill-investituri mis-Sawdi Arabja li kienu interessati li jieħdu t-tmun ta’ Newcastle, minħabba piraterija marbuta mal-isport u drittijiet televiżivi, deher li din is-sitwazzjoni setgħet tissolva.

Iżda f’aħbar li ttieħdet bħala sorpriża minn bosta, l-investituri mis-Sawdi Arabja għażlu li jtemmu kull xandir fuq beIN Sports, li jfisser li issa ma jeżisti l-ebda mod legali ta’ kif wieħed jista’ jsegwi partiti mill-Premier league fl-Arabja Sawdija.

Madankollu, huwa mifhum li l-Premier League se jkun qed josserva l-ftehim li għandu ma’ beIN Sports, li jammonta għal xejn inqas minn £500 miljun.

Share With: