Nuno Espirito Santo jiċħad ċerti spekulazzjonijiet

Il-coach ta’ Wolves Nuno Espirito Santo ċaħad rapporti li jinsab viċin li jġedded il-kuntratt tiegħu fit-tmexxija tat-team. Huwa għad fadallu inqas minn sena mill-kuntratt tiegħu u wara r-rebħa ta’ 3-0 li kellhom fuq Everton, Espirito Santo qal li dak li qed jgħidu l-mezzi tax-xandir mhux minnu.

Il-coach Portugiż ilu jmexxi lit-team li jilgħab f’Molineux Stadium sa mis-sena 2017. Huwa ġab rivoluzzjoni pożittiva fil-club Ingliż tant li f’dawn l-aħħar snin kisbu riżultati tajbin ferm. Fil-preżent huma jinsabu fis-sitt post tal-klassifika tal-Kampjonat Premier Ingliż meta kisbu 55 punt minn 35 partita.

Fil-passat Espirito Santo mexxa wkoll lil Rio Ave, Valencia u Porto.

Share With: