Nuqqas kbir ħafna ta’ trabi li qed jitwieldu

Riċerkaturi qalu li d-dinja mhix ippreparata għan-nuqqas straordinarju ta’ tfal li qegħdin jitwieldu hekk kif dan se jkun qiegħed iħalli impatt soċjali kbir l-futur. 

In-nuqqas ta’ fertilità tfisser li kull pajjiż se jkollu nuqqas fil-popolazzjoni sa tmiem dan is-seklu. Apparti hekk huwa kkalkulat li 23 pajjiż – fosthom Spanja u l-Ġappun – se jkunu qegħdin jaraw il-popolazzjoni tagħhom tonqos bin-nofs sal-2100.

Apparti hekk, il-pajjiżi se jkun qed ikollhom popolazzjoni iktar anzjana. Għadd ta’ esperti meta mistoqsijin dwar għaliex qiegħed ikun hemm nuqqas fil-fertilità qalu li din mhix xi ħaġa ġenetika li qiegħda twassal lill-bniedem biex jip- produċi inqas. Huma qalu li dan qiegħed iseħħ minħabba li iktar nisa qegħdin ifittxu iktar l-edukazzjoni u jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Apparti hekk hemm aċċess iktar minn qatt qabel għall-kontraċezzjoni u b’hekk iktar nisa qegħdin jagħżlu li jkollhom inqas tfal u jkomplu l-karriera tagħhom. Minn dan wieħed jista’ jikkonkludi li n-nuqqas ta’ fertilità hija minn ċertu lat storja ta’ suċċess hekk kif juri li n-nisa qegħdin jingħataw iktar opportunitajiet minn qatt qabel. 

Huwa kkalkulat li fost l-iktar pajjiżi li mistennija jkunu affettwati minn dan kollu hemm il-Ġappun, l-Italja, Spanja, il-Portugall, it-Tajlandja u l-Korea t’Isfel. F’dawn l-aħħar pajjiżi msemmija huwa kkalkulat li sal-2100 il-popolazzjoni tagħhom se tonqos bin-nofs. 

Share With: