Odsonne Edouard fir-radar ta’ Arsenal

Hekk kif l-attakkanti Alexandre Lacazette u Pierre Emerick Aubameyang huma lesti sabiex jippakkjaw u jitilqu lil Arsenal fl-aħħar ta’ dan l-istaġun, id-diriġenti tal-Gunners mhux qed jitilfu ħin u bħalissa qed jaraw sew il-progress tal-attakkant ta’ Celtic, Odsonne Edouard. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u hu ta’ nazzjonalita’ Franċiża.

Edouard jifforma parti integrali mit-team Skoċċiż meta skorja 37 goal f’59 logħba li lagħab magħhom. Huwa kkunsidrat bħala attakkant bix-xamma tal-goal. Kien il-coach ta’ Arsenal Mikel Arteta li informa lid-diriġenti tiegħu sabiex imorru għal dan l-attakkant żagħżugħ li jista’ faċilment jieħu post Lacazette u Aubameyang.

Edouard għandu wkoll esperjenzi ma’ Paris St Germain u Toulouse.

Share With: