Offerta baxxa minn Man City għal Kalidou Koulibaly

Matul il-ġimgħa li ġejja mistennija laqgħa bejn id-direttur sportiv ta’ Napoli, Cristiano Giuntoli, u l-aġent ta’ Kalidou Koulibaly sabiex ikun hemm ftehim fuq it-trasferiment eventwali lejn Manchester City.

Giuntoli informa lill-aġent Fali Ramadani li l-prezz li qed joffru s-Citizens huwa wisq baxx u żgur li jridu jżidu s-somma tagħhom jekk iridu jieħdu lid-difensur robust mis-Senegal.

F’din il-laqgħa Giuntoli mistenni jistaqsi lill-istess Ramadani fuq il-player żagħżugħ ta’ Mallorca Luka Romero li laqat l-għajn l-iscouts Naplitani li marru jarawh jilgħab. 

Il-Partenopei qed ilestu suq tat-trasferimenti ferm intensiv bil-president Aurelio de Laurentis li lest jikkuntenta lill-coach Gennaro Gattuso. 

Share With: