Ole Gunnar Solskjaer jiddefendi lil David De Gea

Il-coach ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer iddefenda lill-goalkeeper David De Gea wara li kien l-iktar wieħed li ġie kkritikat wara t-telfa fis-semi-finali tal-FA Cup kontra Chelsea, logħba li huma tilfu bl-iskor ta’ 3-1.

Solskjaer qal li De Gea għandu s-saħħa mentali sabiex jegħleb dan il-mument diffiċli għalkemm appella lil kulħadd sabiex inaqqsu l-kritika lejn il-goalkeeper Spanjol.

Il-coach Norveġiż qal li kulħadd jiġih mument diffiċli fil-karriera tiegħu u fiduċjuż li l-istess De Gea se jkun qed jagħti risposta lil kulħadd.

Min-naħa tiegħu De Gea qed jaħdem qatigħ waqt is-sessjonijiet ta’ taħriġ sabiex ikun fl-aqwa forma possibbli.

De Gea għandu 29 sena u ilu ma’ Manchester United sa mis-sena 2011. Minn dakinhar huwa lagħab 311-il partita.

Share With: