Paolo Di Canio jikkritika lil Antonio Conte

L-ex attakkant ta’ Lazio u opinjonista fuq l-istazzjon Sky Sport Italia, Paolo Di Canio, ikkritika bl-aħrax lill-coach ta’ Inter Antonio Conte meta qal li xogħlu hu biss li jeqred u jilmenta.

Huwa kien qed jgħid dan wara li sema’ intervista tal-ex coach ta’ Juventus u Chelsea fejn ilmenta ħafna fuq in-nuqqas ta’ esperjenza li għandu t-team.

Di Canio sostna li dik hija l-iskwadra li għandu u jrid ikun hu li jirranġa s-sitwazzjoni. Huwa qal li anke meta kien ma’ Chelsea kellu xi ftit ta’ lmenti u mhux l-ewwel darba li attakka xi player fuq il-mod ta’ kif jilgħab. 

Di Canio qal li aktar milli jitkellem fil-vojt, Conte messu jaġixxi u jara kif jista’ jsolvi l-problema.

Share With: