Paul Pogba jista’ jibqa’ f’Old Trafford

Il-midfielder offensiv ta’ Manchester United, Paul Pogba, jinsab lest biex iġedded il-kuntratt tiegħu mar-Red Devils. Huwa għandu 27 sena u qed jilgħab ir-raba’ staġun tiegħu f’Old Trafford. 

Minkejja li f’dawn l-aħħar ġimgħat kien hawn xnigħat persistenti li jista’ jitlaq lill-club Ingliż, jidher li Pogba reġa’ darlu u qed ifittex possibbiltá li mhux biss jibqa’ magħhom iżda jtawwal iż-żmien tiegħu fil-belt ta’ Manchester. 

Hu fatt magħruf li l-kuntratt ta’ Pogba ma’ Manchester United jiskadi fl-aħħar tal-istaġun li ġej u għalhekk id-diriġenti tal-club diġá bdew jaħsbu għall-futur.

Share With: