Paulo Dybala viċin li jġedded ma’ Juventus

Juventus jinsabu ferm viċin li jġeddu l-kuntratt tal-midfielder offensiv tagħhom, Paulo Dybala, sa Ġunju 2025. Huwa saħansitra qed jiġi propost li jista’ jkun il-captain tat-team tal-futur minħabba li se jkun ilu fl-Allianz Stadium għal diversi snin.

In-negozjati mal-aġent tal-player għandhom jibdew eżatt qabel l-impenn ta’ Juventus fit-tieni leg tal-fażi tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League kontra Lyon.

Dybala jinsab ottimist li se jasal dan il-ftehim minħabba li jinsab ferm għal qalbu fil-belt ta’ Turin. L-ironija hija li sena ilu eżatt dan il-player kellu jmur jilgħab ma’ Tottenham Hotspur hekk kif ma kienx meqjus bħala fundamentali mill-coach Maurizio Sarri.

Madankollu ż-żmien ta raġun lill-player internazzjonali Arġentin li sofra fis-silenzju u bil-fatti wera lil Sarri li huwa pedina importanti fl-iskwadra Bianconera.

Matul dan l-istaġun, Dybala lagħab 41 partita ma’ Juventus u skorja 17-il goal filwaqt li wettaq 13-il assist.

Share With: