Paulo Fonseca taħt pressjoni

Il-futur tal-coach ta’ Roma, Paulo Fonseca, jinsab xi ftit imċajpar wara riżultati xejn sbieħ li l-Giallorossi kellhom dan l-aħħar.

L-ogħla awtoritajiet tal-club mill-belt kapitali Taljana qed jistennew sforz ikbar mill-players partikolarment minn Fonseca li qatt qabel ma ħass ruħu taħt pressjoni.

Il-Giallorossi ġejjin minn tliet telfiet konsekuttivi kontra AC Milan, Udinese u Napoli, filwaqt li jmisshom konfronti li fuq il-karta suppost jieħdu żewġ rebħiet minnhom kontra Parma u Brescia.

Roma jinsabu 15-il punt bogħod mir-raba’ team, Atalanta, hekk kif fadal tmien logħbiet biex jintemm il-kampjonat.

Share With: