Persuna tirriżulta pożittiva għall-Covid-19

F’dawn l-aħħar 24 siegħa, mit-834 swab test li saru, kien hemm persuna li rriżultat pożittiva għall-Covid-19. In-numru ta’ swab tests li saru tellgħu t-total kumplessiv sa mill-bidu tal-pandemija għal 113,237.

Intant l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-proċess ta’ contact tracing għadu qed jiżvolġi.

In-numru ta’ każi attivi issa tela’ għal ħamsa, bit-total ta’ każi ta’ persuni infettati bil-coronavirus sa minn Marzu li għadda jammonta għal 676. Minn dawn irkupraw 662, filwaqt li disa’ persuni mietu kaġun tal-Covid-19.

Share With: