Pescara jneħħu lil Nicola Legrottaglie

Il-club mis-Serie B Taljana, Pescara, għadu kemm keċċa lill-coach, Nicola Legrottaglie, wara sensiela ta’ riżultati negattivi.

L-eks player ta’ Juventus ingħaqad mad-‘Delfini’ f’Jannar li għadda u l-aħħar telfa f’darhom kontra Cremonese bl-iskor ta’ 1-0 kienet l-aħħar daqqa tal-mannara biex jitneħħa.

Legrottaglie mexxa lit-team min-naħa t’isfel tal-Italja għal 12-il logħba li fihom kien hemm seba’ telfiet u erba’ rebħiet bil-logħba l-oħra  tispiċċa fi draw.

Iċ-chairman tal-club, Daniele Sebastiani, diġá jidher li sab sostitut għalih meta se jkun Andrea Sottil li se jmexxi lit-team sal-aħħar tal-istaġun. Sottil, li jiġi missier il-winger ta’ Fiorentina, Riccardo, kien ilu ma jikkowċja sa minn Lulju meta kien ma’ Catania.

Sadanittant Pescara jinsabu fit-13-il post tal-klassifika tas-Serie B, seba’ punti bogħod mill-play-offs meta fadal sitt logħbiet x’jintlagħu.

Share With: