Philippe Coutinho se jitlaq lil Barcelona

Barcelona offrew lil Philippe Coutinho lil Arsenal u lil Newcastle sabiex jibdew jiġbru l-fondi u jsaħħu l-iskwadra tagħhom bi plejers ġodda. L-għan tal-Katalani huwa dak li jiksbu s-servizzi tal-attakkant ta’ Inter Lautaro Martinez li qed jissemma’ wkoll ma’ Manchester City.

Filwaqt li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Barcelona mhux waħda mis-sbieħ, Coutinho ma tantx jidher li seraq il-qlub tad-diriġenti u partitarji tal-club minħabba li ftit kien effettiv sa minn meta mar jilgħab f’Camp Nou, f’Jannar 2018, mingħand Liverpool. Fl-istess waqt il-coach Quique Setien mhux jara futur għal dan il-plejer u informa lid-diriġenti tiegħu sabiex ibigħuh.

B’hekk se jkun hemm dwell bejn il-Gunners u l-Magpies biex jakkwistaw is-servizzi ta’ dan il-player li llum il-ġurnata għandu 28 sena.

Share With: