Pierre-Emerick Aubameyang jista’ jibqa’ ma’ Arsenal

L-attakkant internazzjonali tal-Gabon, Pierre-Emerick Aubameyang, jista’ jibqa’ ma’ Arsenal għal aktar snin dejjem jekk jiddeċiedi li jġedded il-kuntratt tiegħu li jiskadi bħal dan iż-żmien sena.

Bħalissa l-player ta’ 31 sena qed jissemma’ li jista’ jingħaqad ma’ xi club Ewropew fejn ftit tal-ġimgħat ilu ssemmew Inter u Juventus.

Madankollu Aubameyang qed jitħajjar ikompli l-ħajja tiegħu fl-Emirates Stadium li minn meta ingħaqad mal-Gunners lura għas-sena 2018 hu sab ix-xibka 52 darba f’81 partita.

Fil-karriera tiegħu, dan il-player ta’ 31 sena lagħab ukoll ma’ diversi clubs fosthom Milan, Dijon, Lille, Monaco, Saint Etienne u Borussia Dortmund.

Share With: