Piotr Zielinski se jġedded ma’ Napoli

Il-midfielder ta’ Napoli, Piotr Zielinski, żvela li mistenni jżid iż-żmien tiegħu fil-belt tan-naħa t’isfel tal-Italja għal iktar żmien.

Il-player internazzjonali Pollakk ta’ 26 sena faħħar ix-xogħol siewi li qed jagħmel il-coach, Gennaro Gattuso, u qal li taħt it-tmexxija tiegħu ġejjin żminijiet eċċitanti.

Zielinski qal li Gattuso għandu l-kariżma kollha neċessarja biex iġib lit-team fejn jixtieq hu. Huwa stqarr li l-ħolma tiegħu hija li jirbaħ il-kampjonat ma’ Napoli.

Il-midfielder internazzjonali Pollakk ingħaqad mal-Partenopei fis-sena 2016 mingħand Udinese fejn lagħab 138 partita u skorja 17-il goal.

Huwa lagħab ukoll ma’ Empoli filwaqt li mat-team nazzjonali ta’ pajjiżu skorja sitt gools f’51 partita.

Share With: