Plakka li tfakkar il-memorja ta’ Christine f’qiegħ il-baħar

Grupp ta’ kollegi u ħbieb ta’ Christine Gauci aktar kmieni llum inġabru biex ifakkru l-memorja tagħha. Huma waħħlu plakka li tfakkar il-memorja tat-tfajla tant maħbuba fil-post fejn sfortunatament tilfet ħajjitha.

It-tfajla kienet qed tgħodos ma’ persuna oħra f’Imġarr ix-Xini f’Jannar li għadda. Għal xi raġuni, il-mara li toqgħod ir-Rabat Għawdex sabet ruħha f’diffikultà. Il-vittma ttelgħet l-art fil-Port tal-Imġarr minn dgħajsa tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) u tim mediku ta l-ewwel għajnuna. Madanakollu l-mara ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Share With: