Possibbilità li Naya Riviera setgħet għerqet wara li binha nstab waħdu fuq dgħajsa

L-istilla ta’ Glee, l-attriċi Naya Rivera tinsab irrapportata nieqsa u hemm biża’ li jista’ jkun li għerqet f’għadira ġewwa California. 

It-tfittxijiet u t-tħassib għal Rivera bdew wara li t-tifel tagħha ta’ erba’ snin instab waħdu fuq dgħajsa. L-attriċi ta’ 33 sena kienet kriet d-dgħajsa nhar l-Erbgħa waranofsinhar u ħarġet fl-għadira magħrufa bħala Lake Piru qrib Los Angeles. 

Hekk kif instab it-tifel bdiet tfittxija intensiva permezz ta’ għaddasa. Il-pulizija qalu li huma qegħdin jinvestigaw “possibbiltà tal-għarqa”. Rivera ta’ 33 sena, hija magħrufa għall-irwol tagħha fis-sensiela televiżiva Glee li kienet tixxandar bejn l-2009 u l-2015. 

Share With: