Proċeduri legali kontra Gianni Infantino?

Prosekutur speċjali maħtur biex jifli n-negozji bejn l-Avukat Ġenerali Svizzeru, Michael Lauber, u l-president tal-FIFA,    Gianni Infantino, nieda proċeduri kriminali kontra l-kap tal-football dinji u talab l-approvazzjoni biex jinfetħu l-proċeduri kontra Lauber, qalu l-awtoritajiet nhar il-Ħamis.

Il-ġimgħa l-oħra Lauber offra li jirriżenja wara li l-qorti kkonkludiet li huwa ħeba laqgħa ma’ Infantino u gideb lis-superviżuri waqt li l-uffiċċju tiegħu kien qed jinvestiga l-korruzzjoni li kienet tikkontrolla l-korp li jmexxi l-football.

Il-Ħamis l-awtorità li tissorvelja l-prosekuturi federali tal-Isvizzera qalet li l-prosekutur speċjali, Stefan Keller, maħtur aktar kmieni dan ix-xahar biex jirrevedi l-ilmenti kriminali kontra ż-żewġ irġiel u oħrajn involuti, kien sab indikazzjonijiet ta’ kondotta kriminali relatata mal-laqgħat.

Kemm Lauber kif ukoll Infantino, kienu ċaħdu li għamlu xi att ħażin.

Share With: