Progress ġmielu għat-team nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena

It-team nazzjonali ta’ taħt il-21 sena qed joqrob lejn nofs il-programm ta’ ritorn ta’ attivitá għall-iskwadri nazzjonai li beda nhar il-Ħadd li għadda.

Skwadra ta’ 30 player, qed tieħu sehem f’dan il-programm ta’ attivitá li qed jitmexxa mill-coach Silvio Vella bi preparazzjoni għal tmiem is-sena mimli mpenji għall-istess team.

Il-pandemija tal-COVID-19 ħarbtet għal kollox il-kampanja ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena bil-partiti posposti f’Marzu, it-tnejn ġewwa darna, kontra l-Ukrajna u l-Fillandja, issa ġew skedati għal Novembru.

Qabel dawn il-fixtures finali ta’ Grupp 8 tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej, it-team nazzjonali ta’ taħt il-21 sena jirritorna fl-azzjoni b’żewġ logħbiet f’pajjiżna f’Settembru li ġej kontra l-Irlanda ta’ Fuq (04.09.2020), u kontra r-Rumanija (08.09.2020), b’żewġ partiti oħra għal dan it-team f’Ottubru f’pajjiżna kontra d-Danimarka (09.10.2020) u barra minn darna kontra r-Rumanija erbat ijiem wara.

Dan iż-żmien ta’ preparazzjoni għat-team nazzjonali ta’ taħt il-21 sena qed jagħti lill-coach Silvio Vella u lill-istaff tiegħu, l-opportunitá li jsegwi mill-viċin il-livelli ta’ fitness tal-iskwadra tiegħu kif ukoll taħriġ rigoruż li qed jgħin lill-players tiegħu fil-kundizzjoni fiżika u aspetti oħrajn ta’ preparazzjoni wara diversi ġimgħat mingħajr attivitá.

Dan il-programm ta’ attivitá ta’ ġimgħatejn għat-team nazzjonali ta’ taħt il-21 sena jintemm nhar il-Ħadd 19 ta’ Lulju.

UEFA U21 Fażi ta’ Kwalifikazzjoni Grupp 8 – kumplament tal-fixtures

04/09/2020 – Malta v Irlanda ta’ Fuq

08/09/2020 – Malta v Rumanija

09/10/2020 – Malta v Danimarka

13/10/2020 – Rumanija v Malta

13/11/2020 – Malta v Ukrajna

17/11/2020 – Malta v Finlandja

SKWADRA

GOALKEEPERSAndreas Vella (Santa Lucia FC); Timothy Aquilina (Sliema Wanderers FC); Amara Sylla (Birkirkara FC); Cain Formosa (San Ġwann).

DIFENSURIGary Camilleri (Balzan FC); Conor Zammit (Hibernians FC); Dejan Debono (Senglea Athletic FC); James Scicluna (Pietà Hotspurs); Darren Borg (Hamrun Spartans FC); Zachary Karl Grech (Pembroke Athleta); Christian Gauci (San Ġwann FC); Nicholas Pulis (Valletta FC); Carlo Zammit Lonardelli (N.K. Zrinski, Kroazja).

MIDFIELDERSAdam Magri Overend (Santa Lucia FC); Christian Sammut (Pietà Hotspurs FC); Neil Frendo (bla club); Jamie Zerafa (Santa Lucia FC); David Xuereb (Hibernians FC); Marcus Grima (Balzan FC); Michele Sansone (Sliema Wanderers FC); Adam Bradshaw (Balzan FC); Jan Busuttil (Floriana FC); Jan Tanti (Senglea Athletic FC); Nevin Portelli (Tarxien Rainbows FC); Ayrton Attard (Hibernians FC).

ATTAKKANTIAidan Jake Friggieri (Gudja United FC); Andrei Spiteri (Senglea Athletic FC); Omar Elouni (Sliema Wanderers FC); Zachary Brincat (Mosta FC); Alex Satariano (Sliema Wanderers FC).

Share With: