Raġel arrestat wara sejba ta’ droga sintetika u ammont ta’ flus kontanti

Raġel ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa kien arrestat wara tfittxija li saret f’vettura f’Ħaż-Żabbar.

Wara diversi jiem ta’ osservazzjoni l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga għamlu tfittxija fil-vettura tar-raġel u fuqu fejn sabu diversi pakketti b’sustanza allegatament droga sintetika u ammont ta’ flus kontanti.

Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post u ttieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għall-aktar stħarriġ.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: