Raġel ta’ 90 sena jittieħed l-isptar wara ħabta f’Birkirkara

Raġel kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara. 

Kienu għall-ħabta tas-6:30 a.m, x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet kollużżjoni fi Triq Dun Karm u kawża t’hekk, hemm xi nies li sofrew xi ġrieħi. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla King Long, li kienet qed tintsaq minn raġel mill- Filippini ta’ 49 sena residenti l-Ħamrun, u vettura tal-għamla Chevrolet Matiz, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 90 sena residenti tas-Sliema. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lix-xufier ta’ 90 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett. 

Share With: