Ralf Rangnick jagħlaq 62 sena … Ivan Gazidis jawguralu

L-ex coach ta’ RB Leipzig Ralf Rangnick għalaq 62 sena u jinsab fiduċjuż li l-futur tiegħu huma ma’ AC Milan.

Fil-fatt il-kap eżekuttiv tar-Rossoneri, Ivan Gazidis, kien pront awguralu għal għeluq żmienu, xhieda li fi ftit tal-ġimgħat oħra huma se jkunu qed jaħdmu flimkien.

Ġurnalist partikolari ta’ gazzetta Ġermaniża kiteb kif Rangnick kapaċi jibni mill-ġdid lir-Rossoneri wara li għamel dan kollu ma’ Leipzig fejn fl-erba’ snin li dam magħhom tellagħhom pass pass biex illum saru wieħed mit-timijiet ewlenin fil-Bundesliga.

Dan l-istess ġurnalist qal li Milan għandhom bżonn bniedem bħal Rangnick minħabba li kapaċi jġib stabbiltá, xi ħaġa li t-team mit-tramuntana tal-Italja huwa nieqes minnha.

Rangnick ilu fil-karriera ta’ coach sa mis-sena 1983 u għandu esperjenza vasta fil-qasam internazzjonali.

Share With: